Merħba għall-kors online bla ħlas tal-Elementi tal-AI!
Aktar minn 1 miljun persuna qed jitgħallmu dwar l-elementi bażiċi tal-IA
L-għan tagħna huwa li niċċaraw l-AI
L-Elementi tal-AI huwa serje ta’ korsijiet online bla ħlas maħluq minn Reaktor u mill-Università ta’ Ħelsinki. Irridu nħeġġu grupp kemm jista’ jkun kbir ta’ nies sabiex jitgħallmu x’inhi l-AI, x’jista’ (u x’ma jistax) isir bl-AI, u kif jibdew jinħolqu metodi tal-AI. Il-korsijiet jikkombinaw it-teorija ma’ eżerċizzji prattiċi u jistgħu jitlestew bil-pass tiegħek.
L-Ewwel Parti
Introduzzjoni għall-AI
L-Introduzzjoni għall-AI huwa kors online bla ħlas għal kull min hu interessat li jitgħallem x’inhi l- AI, x’inhu possibbli (u x’mhux possibbli) bl-AI, u kif taffettwa ħajjitna – mingħajr il-ħtieġa ta’ matematika kkumplikata jew ipprogrammar.
L-istorja tagħna s’issa
Fir-rebbiegħa tal-2018, Reaktor u l-Università ta’ Ħelsinki ngħaqdu flimkien sabiex jgħinu lin-nies jużaw, u mhux iħossuhom mhedda, mill-AI. Flimkien, bnew l-Elementi tal-AI biex jgħallmu l-punti bażiċi tal-AI lil nies minn firxa wiesgħa ta’ sfondi.
1 miljun student
Inkitbu aktar minn 1 miljun student.
170 pajjiż
Il-kors infirex madwar id-dinja, bl-istudenti li jiggradwaw ġejjin minn aktar minn 170 pajjiż.
40% nisa
Madwar 40% tal-parteċipanti tal-kors huma nisa, aktar mid-doppju tal-medja għall-korsijiet tax-xjenza tal-kompjuters.
Mistoqsijiet frekwenti
Sħab
L-Università ta' Malta
F’nofs il-Mediterran, l-Universita’ ta’ Malta (UM) kienet, matul l-istorja ta’ 400 sena tagħha, iċ-ċentru għall-iskambju akkademiku internazzjonali fil-gżira. UM hija l-istituzzjoni ewlenija ta' edukazzjoni ogħla f'Malta u l-istrutturi tagħha huma konformi mal-Proċess ta' Bolonja u l-qasam Ewropew ta' Edukazzjoni Ogħla.
Fl-UM nwettqu riċerka akkademika u nipprovdu ambjent vibranti ta’ edukazzjoni ogħla fl-arti, ix-xjenzi u l-istudji umanistiċi kif meħtieġ għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali ta’ Malta. Il-korsijiet tagħna huma mfassla biex jipproduċu professjonisti kwalifikati f'diversi dixxiplini. Il- komunità tal-alumni tagħna qed tikber b'mod esponenzjali: aktar minn 3,500 student jiggradwaw f'diversi dixxiplini kull sena.
Illum l-UM magħmula minn erbatax-il fakultà, numru ta’ istituti u ċentri interdixxiplinari, tliet skejjel u junior college. Minbarra l-kampus ewlieni, li jinsab fl-Imsida, hemm tliet kampus oħra: il-Belt Valletta, Marsaxlokk, u Għawdex. Il-lingwa tat-tagħlim hija l-Ingliż.
The eSkills Malta Foundation
l-Fondazzjoni eSkills Malta hija l-Koalizzjoni Nazzjonali għall-avvanz tal-Ħiliet Diġitali u l Professjoni tal-IT. Il-Koalizzjoni hija meqjusa wahda mil-aħjar prattici fl-Ewropea, u l għan ewlieni tagħha huwa li timpenja ruħha mal-membri tagħha u entitajiet ohra biex toħloq sinerġija bejn l-Industrija, l-Edukazzjoni u l-Gvern.