X’jiġri jekk ma nirċevix ċertifikat anke jekk inkun lestejt il-kors?

Jekk għadek ma rċivejtx iċ-ċertifikat, hemm numru ta’ spjegazzjonijiet possibbli: Sabiex tingħata ċ-ċertifikat jeħtieġ li tlesti mill-inqas 90% tal-eżerċizzji u ġġib 50% tal- eżerċizzji tajbin.

Iċċekkja wkoll li tkun tajt biżżejjed feedback bejn il-pari dwar kull wieħed mill-eżerċizzji evalwati bejn il-pari (l-Eżerċizzji 4, 15, 23, 24, 25) -- din hija l-aktar raġuni komuni għala ma tkunx irċivejt iċ-ċertifikat - Wara dan, it-tweġibiet tiegħek se jieħdu ftit taż-żmien qabel ma jirċievu biżżejjed evalwazzjonijiet minn studenti oħra. Meta l-eżerċizzji tiegħek ikunu rċevew biżżejjed feedback bejn il-pari, xi wħud mit-tweġibiet tiegħek jista' jkun li jiġu rrappurtati bħala spam (jew li ġġib punteġġi baxxi ħafna). F’dak il-każ se niċċekkjawhom manwalment.

Dwar l-evalwazzjonijiet bejn il-pari:

It-tweġibiet b’test liberu li jiġu riveduti bejn il-pari se jieħdu xi ftit taż-żmien biex jiġu pproċessati għaliex għandna bżonn numru suffiċjenti ta’ reviżjonijiet. Barra minn hekk, se nivverifikaw manwalment kull tweġiba li ġġib punteġġi aktar baxxi mill-medja, u dan il- proċess se jieħu aktar żmien. Din hija r-raġuni għaliex uħud minnkom se jkollhom jistennew aktar għall-marki u għaċ-ċertifikati.

Jekk għad għandek xi mistoqsijiet dwar iċ-ċertifikati, jekk jogħġbok ikkonsulta il- Komunità online. F'każ li ma tkunx tista' ssib it-tweġiba hemmhekk, għandek tikkuntattjana billi tibgħatilna messaġġ privat il-Komunità online jew b’email lil support@elementsofai.zendesk.com.

Sabiex tiġi żgurata l-kwalità, il-ħruġ taċ-ċertifikati jinvolvi xogħol manwali u dan jieħu l-ħin. Qed naħdmu biex il-proċess jiġi ssimplifikat, u għalhekk nitolbuk tkun ftit paċenzjuż! ❤️

Nifirħu lil dawk kollha li diġà għaddew u lil dawk kollha li se jgħaddu fil-futur!

Mistoqsijiet Frekwenti Oħrajn