Inħoss li l-Elementi tal-AI għandu jkun disponibbli bil-lingwa tiegħi, kif għandi nipproċedi?

Bħalissa qed nippruvaw nagħmlu l-Elementi tal-AI aċċessibbli għall-akbar ammont possibbli ta' nies - fil-lingwa nattiva tagħhom. Sabiex nagħmlu dan, għandna bżonn sħab lokali - università u kumpanija. L-università trid tkun lesta li tgħin fl-aspetti prattiċi tal- organizzazzjoni tal-kors, bħal twieġeb mistoqsijiet tal-istudenti u l-gradazzjoni. Il- kumpanija trid tkun lesta li tkopri l-ispejjeż ta’ dan l-isforz. Jekk taħseb li għandek dak kollu li hu meħtieġ, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq elementsofai@reaktor.com. Nistennew bil- ħerqa li nisimgħu mingħandek (bħalissa hemm domanda kbira u għalhekk nitolbuk tkun ftit paċenzjuż)!

Il-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill tal-UE ddeċidiet li tinvesti fil-ħiliet futuri tan-nies u se tagħmel il-kors online tal-Elementi tal-AI disponibbli b’xejn bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. L-għan ambizzjuż tagħna huwa li sal-2021 nedukaw 1 % taċ-ċittadini Ewropej. Fir- rebbiegħa tal-2020 se tibda t-tnedija ta' lingwi ġodda. Aqra aktar dwar l-espansjoni tagħna fil-lingwi kollha tal-UE here.

Mistoqsijiet Frekwenti Oħrajn