Kif nista’ nieħu kemm nista’ mill-Elementi tal-AI?

Kun ippreparat/a biex taħdem qatigħ.
Biex tlesti l-kors se jkollok taħdem mhux ħażin. Qis li tistudja u tirrevedi t-taqsimiet kollha bil- galbu sabiex verament tifhem il-kontenut.

Ingħaqad fi grupp ta’ studju.
Il-possibbiltajiet tiegħek li tlesti l-kors ikunu ħafna akbar jekk tistudja mal-ħbieb, mal-kollegi jew mal-komunità. Barra minn hekk, inħeġġuk bis-sħiħ tipparteċipa f’diskussjonijiet online u li tistaqsi jekk hemm xi ħaġa li ma tifhimx – ikun ta’ benefiċċju għall-komunità kollha kemm hi.

Lesti l-eżerċizzji bl-aħjar mod li tista’.
Sabiex tieħu l-krediti – u biex tikseb iċ-ċertifikat tiegħek – jeħtieġ li ġġib 50% tal-eżerċizzji korretti.

Erġa’ sir student.
Jekk tiddedika numru ta’ slots fil-ġimgħa għall-Elementi tal-AI, jgħinuk biex tlaħħaq l-eżerċizzji. Li jkollok post adattat għall-istudju – skrivanija, mejda tal-ikel, kwalunkwe ħaġa li tippreferi – jgħinek tidħol fir-ritmu tal-istudju.

Agħtina feedback!
Ħalli l-feedback tiegħek fuq il- komunità lokali online tiegħek il-Komunità online!

Mistoqsijiet Frekwenti Oħrajn