Għandi problema teknika bil-pjattaforma tal-kors u ma nistax insib it-tweġiba hawnhekk - x’nista’ nagħmel?

Hemm problemi okkażjonali li jidhru li huma kkawżati mill-brawżer. Pereżempju, jista’ jidher li ma tkunx weġibt il-mistoqsijiet anke jekk tkun weġibthom. Is-sistema uffiċjali tal- marki hija indipendenti mill-punteġġi murija fil-brawżer tiegħek, għalhekk anke jekk tiltaqa’ ma’ dawn il-problemi, dawn ma jaffettwawx ir-riżultati uffiċjali tiegħek.

Ipprova agħlaq u iftaħ il-brawżer tiegħek. Imbagħad, ipprova idħol permezz ta' brawżer jew apparat differenti.

Jekk dawn il-passi ma jgħinux, iċċekkja jekk il-Komunità online diġà sabitx soluzzjoni għall-problema. Jekk jogħġbok ara li: Ma tqassamx ritratti tal-iskrin tat- tweġibiet tiegħek fil-pubbliku sabiex tevita li tiżvela t-tweġibiet korretti lil studenti oħra. Tista’ tibgħat ukoll messaġġ privat lill-amministraturi dwar il-kwistjoni fil-Komunità online.